By clicking “Accept”, you agree to the storing of cookies on your device to enhance site navigation, analyse site usage, and assist in our marketing efforts. View our Cookie Policy for more information.

Young Adult

#noħlomlixidarba

(
2021
)

This book of short stories takes us into the world of different young people with all their dreams, troubles, hopes and sad realities ... they never cease to dream and they will do anything to help Sam who has just left home in search of a new one.

Publisher

SEM Malta

Awards

National Book Prize - Best Young Adult

Illustrator

Naomi Gatt

Photographer

No items found.
1
/
1

#noħlomlixidarba

noħlom

Għandek tkun taf li f’din il-blokka flettijiet f’San Pawl il-Baħar noqgħod jien. Blokka ta’ 5 sulari b’2 flettijiet imdaqqsin f’kull sular. F’kull flett joqgħod xi ħadd tampari u dalwaqt ngħidlek l-istorja tiegħu jew tagħha.

Kat toqgħod fi flett numru 1.

Vik toqgħod fi flett numru 2.

Jien noqgħod fi flett numru 3.

Lea toqgħod fi flett 4.

Ben fi flett 5.

Ter fi flett numru 6.

Jes joqgħod fin-numru 7.

Sal fin-numru 8.

Ken fi flett numru 9.

Per fi flett numru 10.

Hawn lift li bħalissa mhux jaħdem. Ilu wieqaf 3 xhur u għadu ħadd ma ġie jirranġah. Hawn taraġ dejjaq u wieqaf. Ġeneralment ikun nadif għax Janie tiġi kull ħmistax. Imma kemm ilna bil-Covid (u din hija r-raġuni għaliex il-lift baqa’ ma jaħdimx), mhix tiġi spiss u allura qed irabbi ftit kallu. Taħtit-taraġ inħallu r-roti għax hemm wisgħa mhux ħażin. Għandna 7 b’kollox u 2 skuters (ta’ Lea u Per) u skateboard (ta’ Ben). Taħt it-taraġ hemm ukoll kamra żgħira bil-makkinarju tal-lift, barmil, xkupa, skwiġi u biċċa tal-art (ta’ Janie). Mhix l-isbaħ blokka tad-dinja żgur, imma lanqas mhi tal-ħabba gozz. Xi kultant joħnoqni ċ-ċokon tal-kaxex żgħar ġo kaxxa ikbar. Imma mbagħad niftakar fil-baħar ftit ’il bogħod, fil-ħbieb li għandi jgħixu fuqi u taħti. Uħud minnhom ilna skola flimkien mill-primarja. Oħrajn ġew jgħixu f’din il-blokka kemm ilna s-sekondarja. Mhux kollha nattendu l-istess skola. Imma kollha kemm aħna ħbieb. Naf li mhix normali din li blokka waħda ta’ flettijiet issib fiha klikka ħbieb. Ħeqq, imma din hi l-verità. L-istejjer li se ngħidlek huma tiegħi u tagħhom u tagħna flimkien. Meta konna żgħar konna nieħdu gost nikkampjaw taħt it-taraġ. Nimmaġinaw li qegħdin f’dinja oħra u noqogħdu nbeżżgħu lil xulxin bit-torċ. Issa li kbirna, mmorru għand xulxin ta’ spiss, noqogħdu fuq YouTube,intellgħu filmati ġodda fuq TikTok jew Instagram. Ġieli anki naraw xi serje fuq Netflix jew inkella sempliċiment nitlajjaw fuq is-sodda (tagħna, mhux ta’xulxin, speċjalment issa!) Imma l-isbaħ ħaġa li nagħmlu flimkien hija meta ninżlu ħdejn il-baħar, daqqa bir-roti, daqqa mingħajr, nieħdu xi nnaqqru u noqogħdu noħolmu. Mhux l-ewwel darba li ġġilidna wkoll, imma l-ġlied jgħaddi malajr. L-iktar li jdum huwa d-daħq u meta nidħqu, nidħqu ta’ veru.

Jumejn ilu imma, ġrat xi ħaġa mhux tas-soltu. Sam ġie jħabbat fuqil-bieb tal-flett ta’ Ben. Sam mhux tal-klikka tagħna. Imma nafuh, jew ħa ngħid hekk, ġieli rajtu jdur bir-rota fl-istess inħawi tagħna. Għax Sam joqgħod biss ftit’il bogħod. Sam xi daqsi, jew ftit iżgħar u sa fejn naf jien jgħix ma’ missieru. Kważi qed nistħi ngħid li ma naf xejn iktar fuqu ... kien ikun ma’ klikka subien ikbar minnu li kienu jdejquni għaġeb. Naħseb li għalhekk qatt ma ngwalajtha miegħu. La jien u lanqas sħabi. Forsi konna nibżgħu xi ftit minnhom ukoll.Lanqas jiena ċerta. Naf li dan l-aħħar kont ili ma narah.

   Imma issa jinsab għand Ben.

   U ilu għandu jumejn.

   U għadu ma jaf ħadd ħlief il-klikka.

Tifhimnix ħażin. Ben majoqgħodx waħdu. U taħsibx li m’għedna lil ħadd, hekk, għall-gost, jew għax niġu naqgħu u nqumu. Xejn minn dan. Għadna m’għedna lil ħadd biex nipproteġuh. Għax Sam għandu bżonn min jaqbeż għalih. Meta ħabbat fuq il-bieb ta’ Ben kellu wiċċu mbenġel u kien qed jirtogħod (mhux bil-bard ir-rogħda li kellu fuqu). Kien għadukif ħarab mid-dar u kien ġie għall-għajnuna. Lil Ben jafu għax ġieli kienu jtellqu flimkien. Ben ma kienx se jħallih fit-triq. Ma tarax! U allura daħħlu għandu.

S’issa Sam għadu għand Ben u kull tant ħin imur xi ħadd minna jħabbat il-bieb tal-flett tiegħu. Ġiet tajba li mhux immorru skola u l-lezzjonijiet kollha online. Avolja din tal-online qed tqabbiżhieli imma ara, f’daqqa waħda seħħet xi ħaġa straordinarja u ħajjitna ma baqgħetx monotona.

Skont Ben, Sam iktar rieqed milli mqajjem. Naħseb li kien ilu ma jorqod xi xahar jew xahrejn jew iktar. Allura ħallieh jorqod.

Sadattant jien għadni qed nipprova niskopri din l-istorja kollha. Storja li xejn mhi bħal tas-soltu. U jekk trid, tista’ tiskopriha miegħi. Jekkle, tista’ tagħlaq kollox u tkompli tagħmel fattik. Imma jekk ittini ftit ċans,

ngħidlek iktar dwari,

dwar sħabi

u dwar Sam.

#noħlomlixidarba

Review by
The Malta Independent on Sunday
Read More
No items found.