By clicking “Accept”, you agree to the storing of cookies on your device to enhance site navigation, analyse site usage, and assist in our marketing efforts. View our Cookie Policy for more information.

Adult

Minn Marsa għal Marsa

(
2023
)

This publication closely resembles L-Art tal-Kliem: Il-Maltin fl-Art Imqaddsa u lil hinn, a collaboration with Nathalie Grima and photographer Gilbert Calleja, published by Merlin Publishers in 2015. This time, I set out on a journey with author Leanne Ellul and photographer Katel Delia to capture the stories and memories of Maltese people who have lived, or still live, in Tunisia. Together, we document the unique narratives and connections of the Maltese community there.

Publisher

Ministry of Foreign Affairs

Awards

No items found.

Illustrator

Photographer

Katel Delia
No items found.
1
/
1
No items found.

Minn Marsa għal Marsa

Review by
Elena Cardona
Minn Marsa għal Marsa
Elena Cardona titgħaxxaq taqra u tisma’ l-esperjenzi ta’ Maltin b’rabta mat-Tuneżija f’Minn Marsa għal Marsa: Stejjer mit-Tuneżija.

Ta’ min jinnota li dan mhuwiex ‘ktieb storiku’, kif jisħaq l-Ambaxxatur Pullicino, però ‘dmir ta’ memorja lejn ... il-komunità [Maltija] li kellha sehem kbir fl-istorja komuni taż-żewġ pajjiżi’. Fil-fatt Clare Azzopardi u Leanne Ellul ikomplu jżidu ma’ dak li stqarr l-Ambaxxatur Pullicino: ‘Aħna ma rridux innessu. Aħna rridu nfakkru’. Din l-istqarrija li hi parti mid-diskors tal-bidu ‘mnejn jibda kollox’ hija wegħda li dawn l-artisti jagħmlu, mhux biss mal-qarrejja, iżda lil dawn id-dixxendenti Maltin, li qatt mhu se jkunu minsija iżda se jiġu mfakkra u mġedda għall-kwalitajiet tagħhom. B’kollox hemm sittax-il rakkont, li tlieta minnhom huma miktubin bil-Franċiż. Waqt li Azzopardi u Ellul kitbu r-rakkonti bil-Malti, Katel Delia kitbet dawk bil-Franċiż. Barra minn hekk, Delia ħadet diversi ritratti tan-nies li ltaqgħu magħhom, kif ukoll ta’ traċċi-fdalijiet Maltin li huma mxerrda mat-Tuneżija. Ħadet ħsieb ukoll id-disinn tal-ktieb.

No items found.