L-ewwel liltqajna kien Beirut. Fil-hotel Mayflower. Kien festival ħelu immens dak ta'Beirut. Niftakarna fit-traffiku għal ħin twil u lilek, Khaled, niftakrek tiela'u nieżel minn fuq tal-linja biex tpejjep. It-triq dejjem kienet waħda qasiraimma t-traffiku dejjem kien ikun iġġammjat u int ma kellekx paċenzja tistennabilqiegħda għal sigħat twal. Allura kont tinżel, tixgħel sigarett bil-kwiet,tpejpu kollu, u terġa' titla'. U forsi nkunu mxejna ġiex metri? Bilkemm. Dankien l-2012. U ma nafx kemm-il sigarett pejjipt miegħek. Imma ħafna. Għax dakiż-żmien kont għadni ċumnija u kienet wisq sabiħa din li meta nkun mistiednagħal festival nintefa' ma' min ipejjep. Il-kittieba li jpejpju dejjem ikunu inqasstrambi, jew iktar interessanti, jew iktar għalabiebhom. Niftakrek dejjemtidħaq, Khaled. Minkejja kollox, int kont dejjem tidħaq. Niftakrek b'idekmiksura għax kienu tawk xebgħa s-suldati waqt funeral ta' sieħbek. U int xortawaħda kont il-ħin kollu tidħaq. Imbagħad niftakrek Malta ... fi flett ċkejkenġo Paceville. Kien daħna l-flett dik id-darba. Niftakrek tgħidli liem'hil-iktar ħaġa li dejqitek mir-rumanz, u jien għedtlek iż-żejżiet ... madonnakważi f'kull paġna, u int tidħaq u tidħaq u tgħidli imma jekk ma niktibx fuqiż-żejżiet, in-nies ma jixtruhx, le? Kienet diffiċli tirrabja ma' xi ħaddbħalek. Imbagħad l-aħħar darba li rajtek, id-dar tagħna, tiegħi u Albert. Ukilna u dħaqna u bkejna u naħseb li sadattant kont qtajt is-sigaretti, mhuxint, imma jien. Allura xrobna ħafna minflok, u għedtilna ħafna anedotti uħudtal-biki, imma int dejjem għedthom bid-daħqa bħal dik id-darba meta kontfil-kafetterija li kont tħobb tmur tikteb fiha u l-wejters bdew jgħidulek biextitlaq għax qed jibbumbardjaw u int għedtilhom, le ta, hawn se nibqa' u jekkimmut waħlu plakka: hawnhekk kien ikun hawn Khaled jikteb, jixrob u jpejjep uissa miet. Eħħ Khaled, Khaled. Issa għandi jien aneddotu għalik, ma tafux danint. Għad għandi l-marka tal-magg kafè fuq il-mejda tal-kċina tiegħi. L-aħħarkafè li xrobna flimkien. Niftakarni, dik il-lejla li ġejt għandna, ngħid lilAlbert, ara Khaled ħalla biċċa minnu warajh stampata fuq il-mejda. U dħaqnaflimkien. Għedna, issa nibqgħu ngħidu, Hawnhekk kien hawn Khaled Khalifa, kiel,xorob, daħaq, u tant ħa gost, li ħalla biċċa minnu warajh. Nibdew ngħidu n-niesjiġu jarawha. Eħħ Khaled, Khaled, ħallejt bil-wisq iktar warajk għażiż,bil-wisq wisq iktar. Issa strieħ ħabib, strieħ.